Jum il-Ħelsien “Fl-okkażjoni tal-anniversarju ta' Jum il-Ħelsien, il-Kunsill Malti għall-Arti pproduċa video li jinterpreta l-idea tal-Ħelsien biex jirrifletti r-realtajiet tallum. Il-kunċett ta' ħelsien evolva matul iż-żminijiet u t-tifsira tiegħu ħadet bixriet differenti skont iċ-ċaqliq soċjali, kulturali u politiku li għadda minnhom il-pajjiż. Huwa b'dan il-mod li jitwettaq l-impenn biex dan il-jum nazzjonali jinżamm ħaj u jibqa' relevanti u aġġornat b'mod perennju. Din hi inizjattiva li bħalha se tittieħed ukoll fl-okkażjoni tal-jiem nazzjonali kollha.”