Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 tħabbar li se jsir workshop minn BandAdriatica b’kollaborazzjoni mal-Malta World Music Festival.

Is-sessjonijiet huma miftuħa għal kantanti, awturi u mużiċisti Maltin li jeżegwixxu xogħol tal-ġeneru folkloristiku bil-Malti, gruppi folk u każini tal-banda. Il-proċess kreattiv u ta’ riċerka ta’ BandAdriatica huwa msejjes fuq l-element lokali ta’ kull post li jżuru. 

Post: Fortress Builders, Il-Belt Valletta

Dati: L-Erbgħa 17 u l-Ħamis 18 ta’ Mejju

Ħin: 18.30 -21.00

Il-parteċipanti se jikkollaboraw ma’ BandAdriatica u jippreżentaw ix-xogħol tagħhom is-Sibt 20 ta’ Mejju waqt il-prestazzjoni tal-istess band.

L-applikazzjonijiet jiftħu t-Tlieta 11 ta’ April f’nofsinhar u jagħlqu l-Ġimgħa 28 ta’ April f’nofsinhar. Il-postijiet huma limitati u jingħataw skont l-evalwazzjoni u l-għażla li jsiru mid-direttur artistiku, Renzo Spiteri. 

Dawk li huma interessati għandhom jibagħtu CV ta’ paġna u ħoloq onlajn tax-xogħlijiet tagħhom fuq ruben.balzan@artscouncilmalta.org jew jgħaddu l-Kunsill Malti għall-Arti, 16 Casa Scaglia, Triq Mikiel Anton Vassalli, Il-Belt Valletta u jħallu CV flimkien ma’ kampjuni tax-xogħol tagħhom f’envelopp issiġillat u mmarkat ‘MWMF + BandAdriatica’s Floating Art Workshop’. Il-parteċipanti jsiru jafu jekk ġewx magħżula għall-workshop ladarba jintemm il-proċess ta’ evalwazzjoni.