FM-Banner-MT.gif

L-għan tagħna huwa wieħed. Dan l-artiklu jservi ta’ gwida għall-avvenimenti u spettakli u għandek issib l-informazzjoni kollha li għandek bżonn… u għandek ħafna minn fejn tagħżel!

L-avvenimenti u l-ispettakli saru parti mill-kalendarju kulturali lokali u huma antiċipati u mgawda minn eluf, kemm mill-udjenza u kif ukoll mill-parteċipanti. Bil-varjeta’, dawn l-avvenimenti jservu ta’ attrazzjoni għal kwalunkwe gost kulturali.

L-organizzatur ta’ dawn l-ispettakli, Festivals Malta, għandha viżjoni, missjoni u strateġija għall-avvenimenti kollha tagħha. Flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u Valletta 2018, l-organizzazzjoni tippromwovi apprezzament fl-iżvilupp tal-arti f’Malta. Barra minn hekk, l-attivitajiet jservu ta’ opportunita’ edukattiva u tħeġġeġ l-iżvilupp artistiku tat-talent lokali waqt li jservu ta’ pjattaforma għal artisti lokali u internazzjonali.

L-iskop ta’ Festivals Malta, flimkien mas-sapport tal-Kunsill Malti għall-Arti u Valletta 2018, huwa li nagħtu valur mistħoqq lid-diversi ġeneri ta’ espressjonijiet artistiċi u kreattivi filwaqt li ninvestu f’ideat ġodda u innovattivi. Aħna, bħala Festivals Malta, nħeġġu l-iżvilupp ta’ għarfien u ħiliet li jikkumplimentaw ħolistiku u ninkoraġġixxu l-potenzjal tat-talent lokali.

Ejjew nagħtu daqqa t’għajn lejn dak li hemm ippreparat għal din is-sena:


Malta World Music Festival – fit-18 u d-19 ta’ Mejju 2018. Dan l-avveniment jiċċelebra l-isbuħija tal-kulturi differenti, it-taħlit tal-għeruq tad-differenzi fil-kultura, l-esperjenzi u l-espressivita’ permezz tal-mużika. Żur is-sit www.maltaworldmusicfestival.org għal iktar informazzjoni.


Għanafest 22 u 23 ta’ Ġunju 2018. Għanafest tiċċelebra d-diversita’ tal-Mediterran u l-mużika minn madwar id-dinja, flimkien mal-programm divers tal-mużika folk, għana u spettakli minn gruppi etniċi internazzjonali. Għanafest hija fiha nnifisha festa ta’ kulturi u ċelebrazzjonijiet diversi. Żur is-sit www.għanafest.com għal aktar informazzjoni. Dan il-festival se jerġa’ jsir fil-Ġnien tal-Argotti l-Furjana, fejn sar xogħol ta’ tisbiħ matul din is-sena (ara l-video hawn taħt).


Malta Interational Arts Festival. Mid-29 ta’ Ġunju sal-15 ta’ Lulju 2018, f’lokalitajiet differenti. Programm vast ta’ teatru, mużika, żfin, arti viżiva u għażla ta’ ġeneri u forom ta’ arti differenti. Il-festival jinkludi wkoll numru ta’ workshops ma’ kumpaniji ta’ fama internazzjonali. Dan l-avveniment joħloq ambjent fejn wieħed jaspira u jiġi mħeġġeġ għal elementi espressivi u innovattivi li huma ċelebrazzjoni tal-arti. Jekk inti artist jew artista, għandek iċ-ċans tipparteċipa magħna! Żur is-sit www.maltaartsfestival.org għal aktar informazzjoni dwar il-festival u r-rekwiżiti tal-open calls.


Malta Jazz Festival. Mis-16 sal-21 ta’ Lulju 2018. Il-Port il-Kbir iservi ta’ sfond għall-Malta Jazz Festival. Dan l-ispettaklu ta’ kalibru għoli sar parti mill-kalendarju kulturali f’Malta fejn jinkludi atmosfera sabiħa għall-familja kollha. Żur is-sit www.maltajazzfestival.org għal aktar informazzjoni.


Karnival tas-Sajf: mis-17 sad-19 t’Awwissu 2018. F’Malta, l-għeruq tal-Karnival imur lura lejn il-bidu tas-snin 1400, żmien il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann, fejn sawwru l-festi nazzjonali bi spettaklu u reċtar. Żur is-sit www.karnivaltamalta.org għal iktar informazzjoni.


Notte Bianca: Avveniment mistenni minn kulħadd, lejl imdawwal b’attivitajiet artistiċi u kulturali qalb it-toroq tal-Belt Valletta. L-edizzjoni li jmiss ser issir fid-6 t’Ottubru. Għal iktar informazzjoni, żur is-sit www.nottebianca.org.mt


Three Palaces Festival. Mit-2 sal-11 ta’ Novembru 2018. Mużika ta’ kwalita’ u distinzjoni. L-avveniment jgħaqqad flimkien l-aqwa artisti u mużiċisti tad-dinja mal-ġenerazzjoni tal-lum permezz ta’ ċelebrazzjoni ta’ mużika klassika. Għal iktar informazzjoni, żur is-sit www.3palacesfestival.org

B’unur, l-avvenimenti u l-ispettakli organizzati minn Festivals Malta għandhom għan wieħed, li jilħqu l-komunita’ permezz tal-arti, teatru fit-toroq, żfin, mużika ta’ kull ġeneru, arti viżiva, ċinematogrofija, spettaklu ta’ pupazzi fost oħrajn minn artisti lokali u internazzjonali fit-toroq tal-Belt Kapitali Ewropeja tal-Kultura 2018, Valletta u lokalitajiet oħrajn. Spettakli differenti jilħqu udjenza differenti u b’hekk il-programm jindirizza lil kulħadd fejn is-soċjeta’ għandha l-opportunita’ li tesperjenza forom differenti ta’ arti waqt li nkattru l-valur tal-kultura u l-arti.

Din hi biss togħma tal-programm divers li għandna lest għalikom din is-sena!