Is-sajf iġġib miegħhu festival wara l-ieħor.  Mill-Għanafest, għall-Malta Jazz Festival, għall-karnival ta' sajf u meta s-sħana tkun għada ma tbatietx ikolna wkol n-Notte Bianca.  Dawn il-festivals kollha jaqgħu taħt Festivals Malta fi ħdan Arts Council Malta.  B'hekk dawn il-festivals qed jitmexxew b'viżzjoni, bi ħsieb u b'impenn lejn il-Maltin u l-Għawdxin kollha.