IMĦABBAR IL-PROGRAMM GĦAL JUM SAN GIRGOR
Festivals Malta ħabbret il-programm għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum San Girgor li se jsir nhar l-Erbgħa 4 t’April fiż-Żejtun u fix-Xatt ta’ Marsaxlokk. Bħas-sena li għaddiet il-programm hu wieħed mimli li jibda minn filgħodu u jibqa’ għaddej sa tard waranofsinhar. Dan jinkludi ċelebrazzjonijiet reliġjużi fosthom il-pellegrinaġġ mill-Kappella ta’ San Kelment sal-Parroċċa ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun għall-Knisja ta’ San Girgor kif ukoll divertiment provdut minn bosta għannejja u daqqaqa max-Xatt ta’ Marsaxlokk. Dawn l-attivitajiet huma organizzati minn Festivals Malta bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u ta’ Marsaxlokk.
L-attivitajiet ta’ Jum San Girgor jagħmlu parti mill-festival Għanafest, imtella’ minn Festivals Malta, li jiċċelebra l-kultura folkloristika lokali. B’din il-festa, qed nestendu wkoll l-impenn tagħna li nesponu attivitajiet tal-għana lil hinn minn Għanafest, u wara l-avveniment tas-sena li għaddiet f’Marsaxlokk li kien ta’ suċċess, kuntenti li rġajna lura f’dan ir-raħal magħruf għas-sajd.
Il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor imur lura għal sekli sħaħ għalkemm ħadd ma jaf eżatt meta beda u għaliex. Hemm ħafna teoriji dwaru fosthom wegħda biex tintemm xi traġedja bħal pesta jew qirda tal-uċuħ tar-raba’, jew ringrazzjament għax maltempata tkun ħarbtet xi flotta furbana milli tattakka lill-Gżejjer Maltin. Li nafu żgur hu li din iċ-ċelebrazzjoni ilha ssir mill-inqas mill-1543, minħabba li nstab dokument notarili li jiddeskriviha, imma li jagħti x’jifhem li kienet ilha ssir minn ħafna qabel.
Għal aktar tagħrif dwar il-festa ta’ San Girgor u l-programm ta’ Għanafest, żur www.għanafest.com.

Programm f’Jum San Girgor 2018 fiż-Żejtun u fix-xatt ta’ Marsaxlokk
09:45 Pellegrinaġġ li jibda miż-Żejtun mill-Kappella ta’ San Klement lejn il-Parroċċa ta’ Santa Katerina fejn jitkanta il-miserere. Imexxi l-Mons. Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-Kapitlu Metropolitan, l-Arċipriet, il-kleru u l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat u tal-Imdina.
Wara mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina jkompli l-pellegrinaġġ lejn il-parroċċa l-antika magħrufa bħala ta’ San Girgor. L-In Guardia takkumpanja l-pellegrinaġġ matul Triq San Girgor.
L-In Guardia tieħu postha biswit is-salib mal-ġenb tal-knisja parrokkjali – din se tirrapreżenta l-parti reliġjuża tal-Ordni ta’ San Ġwann. Minn hawnhekk takkumpanja fuq quddiem il-korteo proċessjonali lejn il-Knisja ta’ San Girgor.
10:30 Quddiesa letta fil-Knisja ta’ San Girgor bis-sehem ta’ dawk kollha preżenti.
10:45 Jieħdu posthom fejn il-Knisja ta’ San Girgor, l-għannejja Joe Agius (tas-seba’ rġiel) u Anġlu Theuma (il-kina), u l-kitarristi Johnny Saliba (ta’ Birżebbuġa) u Victor Grech (iż-Żabbari), iż-żewġ karrettuni bil-bhejjem u l-In Guardia.
Jibda logħob tradizzjonali Malti mit-tfal fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Girgor bħal passju, żibeġ, boċċi, eċċ. Se jkun hemm ukoll diversi artiġġjana jaħdmu diversi snajja’ tradizzjonali.
11:00 Daqq tal-Prejjem u għana fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Girgor.
11:20 Tingħata konferenza stampa fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Girgor dwar l-Għanafest 2018.
11:30 Tibda l-isfilata tal-karrettuni miġbuda mill-bhejjem u bl-għannejja u l-kitarristi fuqhom lejn Marsaxlokk.
12:00 Tasal l-isfilata fejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk.
Palk fiċ-ċentru tax-Xatt ta’ Marsaxlokk
12:15 Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 1
12:25 Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 1
13:10 Christabelle Scerri
13:40 Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 2
13:50 Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 2
14:30 Makkjetti: Michael Brignioni (il-ġurdien)
14:40 The Greenfields
15:05 Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 3
15:15 Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 3
16:00 Għeluq
Palk f’tarf ix-Xatt
(’il fuq mis-sorijiet fejn kienet issir l-għana spontanja)
12:30 Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 3
12:40 Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 3
13:20 The Greenfields
13:45 Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 1
14:00 Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 1
14:45 Christabelle Scerri
15:15 Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 2
15:25 Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 2
16:05 Makkjetti: Michael Brignioni (il-ġurdien)
16:15 Għeluq
IL-GRUPPI TAL-GĦANNEJJA U DAQQAQA
GRUPP 1
Kitarristi Johnny Saliba (ta’ Birżebbuġa), Frans Casha (tas-Saqajn)
Għannejja Joe Agius (tas-seba’ rġiel), Anġlu Theuma (il-kina), Anthony Coleiro (kulajru) u Alfred Desira (l-Indjan)
GRUPP 2
Kitarristi Reuben Schembri (il-fusinu), Francesco Cutajar (tad-Danny), Vince Carabott (il-Bukku)
Għannejja Żeppi Ellul (iż-Żebbuġi), Żaren Ellul (ta’ fellusu), Kalċidon Vella (id-Danny) u Mario Xuereb (ta’ Gerald)
GRUPP 3
Kitarristi Calcidon Vella (ta’ mustaċċa), Joe Bonello (skuti), Denise Vella (Ta’ Kalċ)
Għannejja Manwel Ellul (il-beġiġ), Fredu Abela (iż-Żejtuni), Joe Busuttil (il-bużu) u Anthony Carl Cutajar (il-pikkolin)