Festivals Malta Winter Wonderland.jpg

Milied Flimkien 2017

Il-Kunsill Malti għall-Arti permezz ta’ Festivals Malta għal darb' oħra qed jieħu ħsieb li jitfakkar il-Milied b’numru ta’ attivitajiet. Fosthom, qed issir kompetizzjoni tal-presepji li qed jieħdu sehem fiha numru sostanzjali ta’ parteċipanti fil-kategoriji rispettivi. Imbagħad, nhar it-23 u l-24 ta’ Diċembru, se tkun organizzata l-attività Milied Flimkien f’Misraħ il-Ħelsien fil-Belt Valletta.

 

Is-Sibt, 23 ta’ Diċembru

F’Misraħ il-Ħelsien il-programm ser jibda fil-16:45 b’kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Warrant Officer 1 Johnathan Borg.  Il-banda se ddoqq numru ta’ għanjiet tal-Milied flimkien ma’ siltiet mużikali oħra.  Għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija jkun hemm il-purċissjoni tal-bambin immexxija mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, il-M.U.S.E.U.M.  Din tibda minn Misraħ Kastilja u tgħaddi minn Triq il-Merkanti u Triq ir-Repubblika. Il-purċissjoni tal-bambin inbdiet minn San Ġorġ Preca 96 sena ilu, fis-sena 1921, fil-Ħamrun. Din it-tradizzjoni Maltija baqgħet speċjali f’qalb il-poplu Malti  

Wara l-kunċert mill-Banda tal-Forzi Armati f’Misraħ il-Ħelsien jixxandru l-messaġġi tal-Milied mill-awtoritajiet tal-pajjiż bi trasmissjoni diretta fuq Television Malta. Fl-istess trasmissjoni jieħu sehem ukoll il-kor ta’ Alison Ellul.

Wara l-messaġġi tal-Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni, l-Eċċellenza Mons. Arċisqof, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Prim Ministru, u l-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta jkun hemm programm ta’ kant u messaġġi tal-Milied imtella’ mit-tfal membri tas-soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.

 

Il-Ħadd, 24 ta’ Diċembru

Fl-10:00 ser jittella' spettaklu taż-żfin minn Annalise Dance Studio, b’korjografija ta’ Annalise Ellul, filwaqt li fis-18:30 ikun hemm il-kunċert annwali mill-Banda tal-Korp tal-Pulizija fi Pjazza Teatru Rjal.

Il-kunċert tal-Pulizija, li ilu jsir lejlet il-Milied għal dawn l-aħħar 24 sena, se jkollu t-tema “Winter Wonderland”. Flimkien mal-Banda li bħas-soltu se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha s-Supretendent Anzjan Anthony Cassar, se jipparteċipaw ukoll il-Malta Police Pipe Band u Guest Musicians Ensemble flimkien mal-kantanti Neville Refalo, Dorothy Bezzina, Roger Tirazona, Annalise Psaila, Jan Camilleri, il-kor Harmonic Ensemble taħt id-direzzjoni ta' Ritienne Azzopardi u l-baritonu Paul Zammit, membru tal-Korp tal-Pulizija.  Id-dħul għal dan il-kunċert hu bla ħlas.

 

Milied Flimkien 2017

Arts Council Malta and Festivals Malta are once again organising a number of Christmas activities. These include the national crib competition which has attracted a large number of participants and Milied Flimkien, which will be celebrated on the 23rd and 24th of December at Misraħ il-Ħelsien in Valletta.

 

Saturday, 23rd December

The programme of events will commence at 16:45 with a concert by the Armed Forces of Malta Band at Misraħ il-Ħelsien. The band, under the direction of Warrant Officer 1 Johnathan Borg, will play a number of Christmas melodies as well as other popular pieces. At around 17:00, members of the Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M. Will lead the purcissjoni tal-bambin – a traditional procession that was started by Saint Ġorġ Preca in 1921 in Ħamrun and which has become a highly anticipated annual event. The procession will start from Castille Place, passing through Merchant Street and Republic Street.

Christmas messages by the Maltese authorities will follow the concert by the Armed Forces of Malta. Festivities will be transmitted LIVE on Television Malta and will include a concert by the Alison Ellul Choir. After messages by the Hon. Opposition Leader, His Excellency Mons. Archbishop, the Speaker of the House of Representatives, the Hon. Prime Minister and Her Excellency the President of Malta, a programme of Christmas songs will be sung by the youngest members of Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M.

 

Sunday, 24th December

At 10:00, dancers from the Annalise Dance Studio will present a dance show with choreography by Annalise Ellul. At 18:30, then, the Malta Police Force Band Annual Concert will take place in Pjazza Teatru Rjal.

This year's Christmas eve concert by the Malta Police Force Band, which has been a tradition for the past 24 years, is themed “Winter Wonderland”. The band, under the direction of Maestro Senior Superintendent Anthony Cassar, will be joined by The Malta Police Pipe Band and the Guest Musicians Ensemble. Together with the Band, these will host numerous singers including Neville Refalo, Dorothy Bezzina, Roger Tirazona, Annalise Psaila, Jan Camilleri, the choir Harmonic Ensemble under the direction of Ritienne Azzopardi, and the baritone Paul Zammit, a member of the Malta Police Force. Entrance to the concert is free.