Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici flimkien mal-Ministri għall-Kultura tal-Pajjiżi fil-Punent tal-Mediterran, f'Tuneż, iffirmaw dikjarazzjoni ta' koperazzjoni b'miri konkreti fis-settur kulturali fil-forum magħruf bħala d-Djalogu 5 plus 5.  Id-dikjarazzjoni qal il-Ministru Bonnici hija pass 'il quddiem għaliex il-qasam kulturali huwa għodda formidabbli biex ikun hemm paċi fl-Ewropa u fil-Mediterran.  Il-koperazzjoni kulturali bejn il-pajjiżi membri tad-Djalogu 5 plus 5 se tkun qed isseħħ permezz ta' tisħih fil-qafas legali u istituzzjonali li għandu l-għan li jiġi ppreservat il-patrimonju kulturali tar-reġjun fosthom bi programmi li jiżviluppaw it-tixrid tal-kultura.