Festivals Malta

News

Kompetizzjoni għall-isbaħ Kostum Karnivalesk

Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kumitat tal-Karnival

Karnival ta’ Malta 2017

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Kunsill Malti għall-Arti qed iħabbar il-kompetizzjoni nazzjonali tal-kostum karnivalesk, li ser issir nhar it-Tlieta 28 ta’ Frar 2017 f’nofsinhar fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Din il-kompetizzjoni hi intenzjonata għal tfal, adoloxxenti u żgħażagħ ta’ bejn 5 snin u 16-il sena u ser tkun imqassma f’żewġ kategoriji skont l-età.

Min jixtieq jieħu sehem jista’ jikseb formola tal-parteċipazzjoni mill-Kunsill Malti għall-Arti, 16, Triq M.A. Vassalli, il-Belt waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju. L-applikazzjonijiet jagħlqu lejlet il-kompetizzjoni u l-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lil Mariella Portelli fuq mariella.a.portelli@artscouncilmalta.org jew billi jċempel fuq in-numru 2339 7036.