Il-Kumitat Festi Nazzjonaliiħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar it- 38 Anniversarju ta’  Jum il-Ħelsien

Is-Sibt25 ta’ Marzu, 2017

MASSED BAND DISPLAY

10.30 a.m.       Wirja Mużikali mill-Banda tal-Forzi Armati u l-Banda tal-Pulizija fi Pjażża San Ġorġ, Valletta.

 

Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu, 2017

ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA

10.30 a.m.       Marċ  li jibda minn Triq ix-Xatt ta’ Bormla, Bormla jgħaddi minn  Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu

10.45 a.m.       Wasla tal-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien.

10.50 a.m.        Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati

10.53 a.m.       Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni

10.55 a.m.        Wasla tal-Prim Ministru

11.00 a.m.        Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta

                        L-E.T. il-President ta' Malta tispezzjoni l-Gwardja tal-Unur

                        L-E.T. il-President ta' Malta flimkien mal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-Monument fejn jindaqq l-Innu tal-Ħelsien tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti.

                        Jindaqq l-Innu Nazzjonali         

REGATTA

1.00 p.m.         Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir organizzata minn SportMalta.  Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari.  Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax- "Shield" lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija ’Reserves’