Festivals Malta

News

Jazz on the Fringe 2017

Il-Malta Jazz Festival ħabbar il-programm tal-Kunċerti Jazz ta’ Nofsinhar fil-Belt, Valletta li se jingħataw bejn il-17 u t-22 ta’ Lulju. Matul il-ġimgħa tal-festival it-toroq tal-Belt se jimtlew bil-mużika jazz.

Il-kunċerti se jittellgħu quddiem il-Parlament fin-12.30pm u fihom jieħdu sehem mużiċisti ġodda kif ukoll dawk stabbiliti. Il-kunċerti, li huma kollha bla ħlas, jagħmlu parti mill-attivitajiet ta’ Jazz on the Fringe u qed jittellgħu mill-Kunsill Malti għall-Arti bil-kollaborazzjoni ta’ Valletta 2018.

Il-Malta Jazz Festival ikklassifika mal-ewwel ħames festivals fir-rivista Clash. Il-Festivals l-oħrajn huma Monterrey, Montreal, Copenhagen u New Orleans.

Din is-sena l-festival qed jaħdem biex jagħmel il-jazz aċċessibbli għan-nies kemm jista’ jkun. Id-direttur artistiku Sandro Zerafa qal, “Il-Festival Malti tal-Jazz qiegħed dejjem jilħaq iktar nies għax qed joħroġ ’il barra minn Ta’ Liesse. Din is-sena jista’ jiftaħar b’mużiċisti li huma fost l-aqwa fil-jazz kontemporanju. Hemm Nicholas Payton b’taħlita ta’ djaletti differenti li għandhom dixxendenza Afrikana, Munir Hossn li se jagħti omaġġ lill-wirt mużikali Brażiljan kif ukoll Al di Meola li se joffri mużika mħallta ma’ dik latina. Iżda minbarra dan kollu, il-Festival se jinfirex fit-toroq tal-Belt u joħloq enerġija kreattiva fix-xena tal-jazz Maltija, li qiegħda dejjem tkompli tikber, bi preparazzjoni għal Valletta 2018.

“Il-festival jistinka fil-missjoni tiegħu biex jippromwovi din il-forma tal-arti kbira fid-diversità kollha tagħha u biex jistimula x-xena lokali permezz ta’ inizjattivi varji biex jilħqu nies differenti – il-jam sessions fit-toroq, kollaborazzjonijiet ma’ mużiċisti internazzjonali, masterclasses u kunċerti bla ħlas.”

Kunċerti Jazz ta’ Nofsinhar fil-Belt
It-Tnejn 17 ta’ Lulju
Walter Vella Group
Walter Vella (sassofonu/flawt), Godwin Lucas (tastiera), Anthony Saliba (baxx), Joe ‘Bibi’ Camilleri (tnabar)

It-Tlieta 18 ta’ Lulju
Il-Kwintett Charles ‘City’ Gatt flimkien ma’ Stjepko Gut
Stjepko Gut (kurunetta), Rino Cirinnà (sassofonu), Dominic Galea (pjanu), Yoni Zelnik (baxx), Charles Gatt (tnabar)

L-Erbgħa 19 ta’ Lulju
Latina Melita
Alex Taylor (kurunetta), Karl Galea (kitarra), Diccon Cooper (kuntrabaxx), Manuel Pulis (tnabar)

Il-Ħamis 20 ta’ Lulju
Glenville Group
Glen Montanaro (kitarra), Dean Montanaro (baxx), Joseph Camilleri (tnabar)

Il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju
Marvin Gaerty Trio
Marvin Gaerty (kitarra), Paul Giordimaina (pjanu), Charles Gatt (tnabar)

 Is-Sibt 22 ta’ Lulju
Il-Jazz Combo tal-Iskola Johann Strauss
Christian Debono (vuċi), Fabio Imbroll (kitarra), Philip Borg Barthet (trumbun), Samwel Grima (baxx), Rafel Grima (tnabar)

Jazz on the Fringe

It-Tnejn 11 ta’ Lulju
Talbot&Bons (Skyparks, MIA)
Adrian ir-Russu Brincat – tromba
Harry Eddleston – keyboards
Reuben Navarro - tnabar

It-Tlieta 18 ta’ Lulju
Trabuxu(Valletta) 
Stjepko Gut – tromba
Joe Debono – pjanu
Yoni Zelnik – baxx
Fred Pasqua - tnabar

L-Erbgħa 19 ta’ Lulju
Beer Kitchen (Skyparks MIA)
Marc Galea – kitarra
Diccon Cooper – baxx
Joseph Camilleri - tnabar

 L-Erbgħa 19 ta’ Lulju
Jam Session at OffBeat Music Bar ( 106 Merchant Street, Valletta )
Rino Cirrinna – sassofonu
Joe Debono – pjanu
Yoni Zelnik – baxx
Fred Pasqua - tnabar

Masterclass

Masterclass 1 (żewġ sessjonijiet) – It-Taqsima tar-Ritmu Modern
Għalliema: Fred Pasqua (Franza) / Yoni Zelnik (Franza / l-Iżrael)
Dati: 18 ta’ Lulju 5pm, 19 ta’ Lulju 5pm

Masterclass 2 (żewġ sessjonijiet) – Jazz Guitar
Għalliem: Romain Pilon (Franza)
Dati: 19 ta’ Lulju 5pm, 21 ta’ Lulju 5pm

Masterclass 3 – Interpretazzjoni ritmikali tal-lingwa tal-jazz permezz tal-użu ta’ sillabi korretti u approċċ poliritmikali għar-ritmi tal-jazz
Għalliem: Stjepko Gut (is-Serbja)
Data: 21 ta’ Lulju 5pm

Masterclass 4 – Għall-mużiċisti tar-ramm biss!
Għalliem: Stjepko Gut (is-Serbja)
Data: 22 ta’ Lulju – 11am

Masterclass 5 – Għas-sassofonisti biss!
Għalliem: Rino Cirinná (l-Italja)
Data: 18 ta’ Lulju 5pm

Masterclass 6 – Jazz għall-ġodda
Għalliem: Rino Cirinná (l-Italja)
Data: 22 ta’ Lulju 11am

Il-biljetti jinxtraw minn https://www.showshappening.com/Arts-Council-Malta/Malta-Jazz-Festival-2017. Żur www.maltajazzfestival.org għal aktar tagħrif.

l-Malta Jazz Festival hu mtella’ minn Festival Malta fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u Valletta 2018; u hu megħjun minn MTA, Cyberpass, MSV Life, Malta International Airport, Phoenicia, Farsons, Marsovin, Hertz u Trabuxu.