Il-Ħamis 8 ta’ Frar 2018
Ċerimonja tal-ftuħ tal-Karnival
Pjazza San Ġorġ
6pm – 7.40pm
Jingħata bidu għaċ-Ċerimonja tal-ftuħ tal-Karnival fi Pjazza San Ġorġ bil-Parata Tradizzjonali tal-Karnival, żfin kompetittiv u parata ta’ kostumi.
Il-Ġimgħa 9 ta’ Frar 2018
Pjazza San Ġorġ
6pm – 8.45pm
Programm fi Pjazza San Ġorġ bi żfin kompetittiv minn Kumpaniji Sezzjoni A u B u sfilata żgħira bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni, karrijiet satiriċi u Karrijiet Kumpaniji A.
Is-Sibt 10 ta’ Frar 2018
Pjazza San Ġorġ sa Triq ir-Repubblika
9.30am – 11.30am
€5
Il-Karnival tat-Tfal fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni ta’ żfin minn skejjel privati taż-żfin, Kumpaniji Ċ u sfilata żgħira bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni iżolati u karrijiet satiriċi L-attività tispiċċa għall-ħabta tal-11.30am fi Pjazza San Ġorġ. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.
Is-Sibt 10 ta’ Frar 2018
Pjazza San Ġwann
5pm, 6pm, 7pm
Dħul b’xejn
Il-Qarċilla bi produzzjoni teatrali mtellgħa minn Teatru Malta. ‘L-Għarusa Karfusa’ hija t-tipika ħrafa klassika ta’ mħabba pprojbita, però bejn frotta u ħaxixa.
Is-Sibt 10 ta’ Frar 2018
Pjazza San Ġorġ
5pm ’il quddiem
Programm fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni tal-kumpaniji taż-żfin sezzjonijiet A, B u D, Karrijiet Trijonfali A, B u Ċ. L-attività tispiċċa wara d- 9pm. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.
Is-Sibt 10 ta’ Frar 2018
Pjazza Tritoni
8pm sat-tard
Dħul b’xejn
Ballu Tritoni 18 se jseħħ madwar il-Funtana tat-Tritoni qabel id-daħla tal-Belt Valletta. Il-kumpanija tal-Karnival kollha kif ukoll il-pubbliku ġenerali hu mistieden jieħu sehem. Il-ballu li se jibqa’ għaddej sa tard billejl se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ DJs lokali kif ukoll spettaklu mill-Big Band Brothers.
Il-Ħadd 11 ta’ Frar 2018
Toroq prinċipali tal-Belt Valletta
12.30pm
Dħul b’xejn
Sfilata bil-karrijiet u l-gruppi tal-karnival li tgħaddi minn Pjazza Kastilja. Imbagħad tibqa’ sejra lejn il-Fosos tal-Furjana, Triq l-Assedju l-Kbir fil-Furjana għal Triq Ġlormu Cassar, u lura lejn Kastilja. Imbagħad tgħaddi minn Triq il-Merkanti, Triq ir-Repubblika għal Misraħ il-Ħelsien għall-Pjazza Tritoni u tibqa’ sejra lejn Triq Sarria u Triq San Publiju fil-Furjana.
Il-Ħadd 11 ta’ Frar 2018
Pjazza San Ġorġ
2.00pm – 8pm
Programm fi Pjazza San Ġorġ bil-parteċipazzjoni tal-Kumpaniji sezzjoni Ċ u sfilata bil-parteċipazzjoni tar-Re tal-Karnival, maskeruni, Kumpaniji D, karrijiet satiriċi, Karrijiet Trijonfali A,B, Ċ u Karrijiet Kumpaniji A.
It-Tnejn 12 ta’ Frar 2018
Pjazza San Ġorġ
10am – 1pm
Fl-10am parata u program ta’ żfin fi Pjazza San Ġorġ minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin inklużi dawk minn Għawdex u min Kumpaniji C Jibdew min Pjazza San Ġorġ b’defilé ma diversi toroq.
It-Tnejn 12 ta’ Frar 2018
Pjazza Kastilja, Triq il-Merkanti, Pjazza San Ġorġ, Triq ir-Repubblika
3.30pm – 9pm
€7
Programm ieħor jibda minn ħdejn Kastilja bil-parteċipazzjoni tal-Kumpaniji A, B u D u sfilata mmexxija mir-Re tal-Karnival, Maskeruni, Karrijiet Satiriċi, Karrijiet Trijonfali A, B u C u Karrijiet Kumpaniji A. Titkompla sfilata tul Triq ir-Repubblika.
It-Tlieta 13 ta’ Frar 2018
Pjazza Teatru Rjal
9.30am – 2pm
Dħul b’xejn
Tibda parata minn diversi skejjel u gruppi taż-żfin minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza Teatru Rjal, fejn jittella’ programm varjat fuq il-palk bil-parteċipazzjoni ta’ Zhejiang Wu Opera Troupe miċ-Ċina.
It-Tlieta 13 ta’ Frar 2018
Il-Gran Finale, il-Furjana
6pm – 11pm
Dħul b’xejn
Gran Finale: sfilata finali bir-Re tal-Karnival, karrijiet u kumpaniji madwar il-Furjana li tispiċċa fi Triq Sant’Anna l-Furjana. Tieħu sehem ukoll iz-Zhejiang Wu Opera Troupe miċ-Ċina.