Il-Ġimgħa, 9 ta’ Frar 2018
Attività tal-Karnival
Organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Marsa, b’mużika miż-żewġ baned tal-lokal, kif ukoll kant u żfin minn diversi skejjel, kif ukoll mit-tfal li jattendu l-Iskola Primarja tal-Marsa.
Post: Pjazza Ġ.F.Abela, Marsa
Ħin: mis-6.30pm ’il quddiem
Is-Sibt, 10 ta’ Frar 2018
Attività Karnivaleska
Organizzata mill-Kunsill Lokali San Ġiljan, bi spettaklu ta’ kant u żfin bis-sehem ta’ diversi għaqdiet taż-żfin, kif ukoll kompetizzjonijiet.
Post: Pjazza ta’ San Ġiljan (Spinola)
Ħin: mis-2.30pm ’il quddiem
Is-Sibt, 10 ta’ Frar 2018
Attivitajiet tal-Karnival
Organizzati mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, bi sfilata mat-toroq bis-sehem taż-żewg baned lokali kif ukoll diversi għaqdiet u gruppi, li joffru spettakli ta’ żfin u daqq minn kumpaniji tal-Karnival.
Post: Tibda Triq Żarenu Dalli, u tispiċċa quddiem it-Teatru Grieg fil-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa
Ħin: 4.30pm ’il quddiem
Il-Ħadd, 11 ta’ Frar 2018
Attività Karnivaleska
Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, bil-parteċipazzjoni ta’ gruppi ta’ żeffiena, kant u baned.
Post: Pjazza ta’ Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq
Ħin: mis-7pm ’il quddiem
Il-Ħadd, 11 ta’ Frar 2018
Attività Karnivaleska
Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, bil-parteċipazzjoni ta’ kumpaniji taż-żfin, sfilata tal-kostumi u wirja ta’ maskli magħmula mit-tfal, kif ukoll kant minn diversi żgħażagħ u logħob.
Post: Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli (f’każ ta’ maltemp fl-iskola tal-istess lokalità)
Ħin: mis-9am ’il quddiem
Il-Ħadd, 11 ta’ Frar 2018
Attività Karnivaleska
Organizzata mill-Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar, b’sfilati ta’ żfin u kant.
Post: il-Venda l-Antika, Ħaż-Żabbar
Ħin: 4.30pm
Il-Ħadd, 11 ta’ Frar 2018
Attività Karnivaleska
Organizzata mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar, dan l-avveniment jinkludi parati u żfin minn diversi kumpaniji lokali bil-kostumi u t-tema tal-karnival.
Post: Labour Avenue, in-Naxxar
Ħin: mid-9am sas-1pm
It-Tnejn, 12 ta’ Frar 2018
Karnival fil-Għargħur
Organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Għargħur, bil-parteċipazzjoni ta’ kumpaniji taż-żfin, kant minn diversi żgħażagħ, kif ukoll mużika mill-banda Big Friends Guggen Musik Malta. Udjenzi huma mħegga jiġu bil-kostumi.
Post: Pjazza tal-Għargħur, Ħal Għargħur
Ħin: 6pm ’il quddiem
It-Tnejn, 12 ta’ Frar 2018
Attività Karnivaleska
Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex, din l-attività se toħloq atmosfera divertenti għat-tfal fil-lokalità.
Post: fil-Parkeġġ tal-Marina, Ta’ Xbiex
Ħin: 6pm
12 u 13 ta’ Frar 2018
Karnival Spontanju Għaxqi
Organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq b’maskarati, karrijiet u maskaruni. Isiru bosta kompetizzjonijiet għall-aħjar maskarat, gruppi ta’ maskarati u karrijiet.
Post: Matul it-toroq ta’ Ħal Għaxaq