Sejħa għal offerti għal tħaddim ta’ żewġ bars fi Pjazza Tritoni nhar is-Sibt 10 u l- Ħadd 11 ta’ Frar 2018 waqt il-Karnival ta’ Malta. Is-Sibt filgħaxija se jittella’ ballu tal-Karnival ġewwa Pjazza Tritoni sas-1am.

L-armar tat-tined, bars u coolers se jkun provdut mill-kumpanija Simonds Farsons Cisk.
L-applikant jintrabat li jixtri u jagħmel użu esklussiv mill-prodotti ta’ Simonds Farsons Cisk, liema prodotti jinxtraw direttament mingħand Farsons Direct.

L-applikant magħżul irid jipprovdi w jħaddem l-apparat kollu meħtieġ inkluż dawl u ”supply” ta l- elettriku bi spejjeż għalih.

Kull applikant flimkien mal-offerta tiegħu jrid jissottometti lista tal-oġġetti li se jbigħ u l-prezz ta’ kull oġġett. Offerti li ma jkunx indikat fihom il-prezz tal-bejgħ tal-prodotti jiġu eliminati. Lista ta’ prezzijiet ta’ kull oġġett għall-bejgħ trid titpoġġa f’post prominenti fejn il-pubbliku jkun jista’ jaraha sew.

Mhux permess li vetturi jibqgħu viċin il-post għajr għal ħin fejn ikunu qed jinħattu l-prodotti li jkunu se jinbiegħu. Min iħaddem il-bars irid inaddaf kull skart u mbarazz ieħor. Importanti ħafna li l-applikant m’għandux jarmi skart likwidu jew solidu fil-ħamrija jew fl-art.

L-applikant għandu jkollu l-laned taż-żibel tiegħu u jużahom għall-iskart ġenerat minnu waqt is-servizz. L-iskart tal-applikant huwa responsabbiltà tiegħu.
L-applikant għandu jipprovdi żewġ tipi ta’ laned taż-żibel fejn jista’ jinġabar skart. Laned għal skart riċiklabbli u laned għal skart ġenerali. Il-kontenituri li fihom jinbiegħu l-prodotti għandhom ikunu ta’ materjal riċiklabbli.

L-applikant:
– għandu jkun konformi mar-regolamenti tal-awtoritajiet sanitarji, dawk għas-Saħħa u s-Sigurtà, mar-regolamenti u l-liġijiet tal-lndustrija tal-Catering ta’ Malta u mad-Dipartiment tal-VAT.
– għandu jkollu fil-pussess tiegħu l-permessi meħtieġa sabiex ibigħ il-prodotti tiegħu inkluż dawk ta’ assigurazzjoni li jkopruh f’kull forma ta’ riskju, inkluż fuq terzi persuni
– għandu jkollu wkoll il-liċenzji u permessi meħtieġa mill-awtoritajiet rilevanti biex ikunu eliġibbli li jbigħ. L-organizzaturi ma jieħdu l-ebda responsabbiltà għall-multi li jistgħu jingħataw.
– jintrabat li jbigħ biss dawk l-oġġetti miftiehma u għandu jżomm mal-istruzzjonijiet li jistgħu jingħataw mill-organizzatturi qabel, waqt u wara l-attività.
– huwa responsabbli li fl-ebda mument ma jbigħ affarijiet mhux imniżżla fl-applikazzjoni tiegħu. Jekk jinqabad, jitlef il-garanzija, u jista’ wkoll jintalab iżarma l-istand tiegħu.
– irid iħallas €100 bħala garanzija, li jingħataw lura wara l-attività jekk jitħarsu r-regolamenti.

L-organizzaturi fl-ebda moment mhuma responsabbli għall-ħsarat, serq jew penali maħruġa mill-Awtoritajiet għad-dannu tal-applikant. Il-liġijiet kollha ta’ Malta relevanti għall-attività għandhom jiġu osservati.

Kull offerta se tiġi trattata fuq bażi kunfidenzjali minn bord tal-għażla u l-bord jirriżerva d-dritt li jirrifjuta parti minn, jew kompletament, kull offerta. Jirriżerva wkoll id-dritt li jassenja stalls lill-operaturi addattati skont id-diskrezzjoni tiegħu f’każ li l-offerti ma jkunux sodisfaċenti.

DESKRIZZJONI TAL-OFFERTA

Kull offerta trid tiġi ssiġillata f’envelopp immarkat:

TĦADDIM TA’ BARS MATUL IL-KARNIVAL 2018

L-offerta trid tiġi depożitata fil-kaxxa tal-offerti ġewwa:

IL-KUNSILL MALTI GĦALL- ARTI,
16, CASA SCAGLIA
TRIQ MIKIEL ANTON VASSALLI
VALLETTA

Dan għandu jsir waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju. L-offerti jagħlqu nhar it-Tlieta 6 ta’ Frar 2018, fl- għaxra ta’ filgħodu. Dakinhar stess jinfetħu l-offerti kollha quddiem l-applikanti u rappreżentanti ta’ Festivals Malta .

L-offerta minima għat-tħaddim tal-bars ġewwa Pjazza Tritoni hija ta’ €2,000.