Festivals Malta flimkien mal-Kumitat tal-Karnival

Karnival ta’ Malta 2018

Festivals Malta iħabbar il-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-kostumkarnivalesk li ser issir nhar it-Tlieta 13 ta’ Frar 2018 fil-11.00 am fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Din il-kompetizzjoni hi intenzjonata għal tfal, adoloxxenti u żgħażagħ ta’ bejn il-5 u 16-il sena u ser tkun imqassma f’żewġ kategoriji skont l-età.

Min jixtieq jieħu sehem, jista’ jikseb formola tal-parteċipazzjoni minn: Festivals Malta, Kunsill Malti għall-Arti, 16, Triq M.A. Vassalli, il-Belt, waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju. Dawk li japplikkaw huma mistennija li jieħdu sehem fil-Karnival tat-tfal is-Sibt 10 ta’ Frar meta ssir esebizzjoni bil-kostum. Wara mbagħad isir il-finali fi Pjazza Teatru Rjal, it-Tlieta 13 ta’ Frar, meta l-ġurija tagħzel l-aħjar entratura fil-kategorija rispettiva. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ħamis 8 ta’ Frar 2018, f’nofsinhar u l-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lil Mariella Portelli fuq mariella.a.portelli@artscouncilmalta.org jew billi jċempel fuq in-numru 23397036.

Credit David Vincenti (6).jpg