Festivals Malta ħabbret il-programm għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum San Girgor li se jsir nhar l-Erbgħa 4 t’April fiż-Żejtun u fix-Xatt ta’ Marsaxlokk. Bħas-sena li għaddiet il-programm hu wieħed mimli li jibda minn filgħodu u jibqa’ għaddej sa tard waranofsinhar. Dan jinkludi ċelebrazzjonijiet reliġjużi fosthom il-pellegrinaġġ mill-Kappella ta’ San Kelment sal-Parroċċa ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun għall-Knisja ta’ San Girgor kif ukoll divertiment provdut minn bosta għannejja u daqqaqa max-Xatt ta’ Marsaxlokk. Dawn l-attivitajiet huma organizzati minn Festivals Malta bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u ta’ Marsaxlokk.

L-attivitajiet ta’ Jum San Girgor jagħmlu parti mill-festival Għanafest, imtella’ minn Festivals Malta, li jiċċelebra l-kultura folkloristika lokali. B’din il-festa, qed nestendu wkoll l-impenn tagħna li nesponu attivitajiet tal-għana lil hinn minn Għanafest, u wara l-avveniment tas-sena li għaddiet f’Marsaxlokk li kien ta’ suċċess, kuntenti li rġajna lura f’dan ir-raħal magħruf għas-sajd.

Il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor imur lura għal sekli sħaħ għalkemm ħadd ma jaf eżatt meta beda u għaliex. Hemm ħafna teoriji dwaru fosthom wegħda biex tintemm xi traġedja bħal pesta jew qirda tal-uċuħ tar-raba’, jew ringrazzjament għax maltempata tkun ħarbtet xi flotta furbana milli tattakka lill-Gżejjer Maltin. Li nafu żgur hu li din iċ-ċelebrazzjoni ilha ssir mill-inqas mill-1543, minħabba li nstab dokument notarili li jiddeskriviha, imma li jagħti x’jifhem li kienet ilha ssir minn ħafna qabel.

Għal aktar tagħrif dwar il-festa ta’ San Girgor u l-programm ta’ Għanafest, żur www.għanafest.com.

Programm f’Jum San Girgor 2018 fiż-Żejtun u fix-xatt ta’ Marsaxlokk

09:45    Pellegrinaġġ li jibda miż-Żejtun mill-Kappella ta’ San Klement lejn il-Parroċċa ta’ Santa Katerina fejn jitkanta il-miserere. Imexxi l-Mons. Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-Kapitlu Metropolitan, l-Arċipriet, il-kleru u l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat u tal-Imdina.

Wara mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina jkompli l-pellegrinaġġ lejn il-parroċċa l-antika magħrufa bħala ta’ San Girgor. L-In Guardia takkumpanja l-pellegrinaġġ matul Triq San Girgor.

L-In Guardia tieħu postha biswit is-salib mal-ġenb tal-knisja parrokkjali – din se tirrapreżenta l-parti reliġjuża tal-Ordni ta’ San Ġwann. Minn hawnhekk takkumpanja fuq quddiem il-korteo proċessjonali lejn il-Knisja ta’ San Girgor.

10:30    Quddiesa letta fil-Knisja ta’ San Girgor bis-sehem ta’ dawk kollha preżenti.

 10:45    Jieħdu posthom fejn il-Knisja ta’ San Girgor, l-għannejja Joe Agius (tas-seba’ rġiel) u Anġlu Theuma (il-kina), u l-kitarristi Johnny Saliba (ta’ Birżebbuġa) u Victor Grech (iż-Żabbari),  iż-żewġ karrettuni bil-bhejjem u l-In Guardia.

Jibda logħob tradizzjonali Malti mit-tfal fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Girgor bħal passju, żibeġ, boċċi, eċċ. Se jkun hemm ukoll diversi artiġġjana jaħdmu diversi snajja’ tradizzjonali.

11:00    Daqq tal-Prejjem u għana fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Girgor.

 11:20    Tingħata konferenza stampa fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Girgor dwar l-Għanafest 2018.

11:30    Tibda l-isfilata tal-karrettuni miġbuda mill-bhejjem u bl-għannejja u l-kitarristi fuqhom lejn Marsaxlokk.

 12:00    Tasal l-isfilata fejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk.

 

Palk fiċ-ċentru tax-Xatt ta’ Marsaxlokk

 12:15    Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 1

12:25    Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 1

13:10    Christabelle Scerri

13:40    Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 2

13:50    Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 2

14:30    Makkjetti: Michael Brignioni (il-ġurdien)

14:40    The Greenfields

15:05    Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 3

15:15    Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 3

16:00    Għeluq

 

Palk f’tarf ix-Xatt

(’il fuq mis-sorijiet fejn kienet issir l-għana spontanja)

 

12:30    Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 3

12:40    Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 3

13:20    The Greenfields

13:45    Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 1

14:00    Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 1

14:45    Christabelle Scerri

15:15    Daqq tal-Prejjem: Kitarristi Grupp 2

15:25    Għana tal-Botta u r-Risposta: Għannejja Grupp 2

16:05    Makkjetti: Michael Brignioni (il-ġurdien)

16:15    Għeluq

 

IL-GRUPPI TAL-GĦANNEJJA U DAQQAQA

GRUPP 1

Kitarristi         Johnny Saliba (ta’ Birżebbuġa), Frans Casha (tas-Saqajn)

Għannejja        Joe Agius (tas-seba’ rġiel), Anġlu Theuma (il-kina), Anthony Coleiro (kulajru) u Alfred Desira (l-Indjan)

GRUPP 2

Kitarristi         Reuben Schembri (il-fusinu), Francesco Cutajar (tad-Danny), Vince Carabott (il-Bukku)

Għannejja       Żeppi Ellul (iż-Żebbuġi), Żaren Ellul (ta’ fellusu), Kalċidon Vella (id-Danny) u Mario Xuereb (ta’ Gerald)

 GRUPP 3

Kitarristi         Calcidon Vella (ta’ mustaċċa), Joe Bonello (skuti), Denise Vella (Ta’ Kalċ)              Għannejja       Manwel Ellul (il-beġiġ), Fredu Abela (iż-Żejtuni), Joe Busuttil (il-bużu) u Anthony Carl Cutajar (il-pikkolin)