Il-Karnival tas-Sajf se jsir bejn il-Gimgħa 17 u l-Ħadd 19 ta’ Awwisu, 2018. Il-Gimgħa 17 u s-Sibt 18 t’Awissu f’Buġibba filwaqt li l-Ħadd 19 ta’ Awwissu 2018 f’Wied il-Għajn. Oltre dan nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru, 2018 se jsir Karnival fl-Imġarr Għawdex u numru ta’ karrijiet jistgħu jingħataw l-opportunita’ li jieħdu sehem f’Għawdex ukoll.

Sa nhar il-Ħamis  31 ta’ Mejju, jintlaqgħu espressjoni ta’ interess għall-parteċipazzjoni b’karru fil-Karnival tas-Sajf f’Malta. Flimkien mal-applikazzjoni ta’ espressjoni ta’ interess wieħed ikun mistenni li jehmez sketch u d-dettalji kollha flimkien mat-tagħrif meħtieġ ta’ x’trejler wieħed ikun mistenni li juża jekk magħżul, kostruzzjoni etc....   Il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni se tkun marbuta ma’  :-

a.      Se jiġu magħżula sa mhux aktar minn għaxar karrijiet.

b.      Il-karru jrid ikun immuntat fuq trejler adekwat u l-qisien tal-karru għandu jkun

Tul :- Mhux anqas minn 18 pied iżda mhux akbar minn 22 pied

Wisa:- Mhux anqas minn 8 piedi iżda mhux akbar minn 10 piedi

Gholi :-  Mhux aktar minn 15-il pied għoli fiss

Fuq il-karru mhux permess li jkun hemm maskarati.

Kull entratura ma jistax ikollha l-ebda konessjoni ma’ xi rebħ ta’ xi konkors fil-karnival tax-xitwa jew f’xi attivitajiet oħra. It-tim kollu ma jkunx permess li jilbes xi t-shirts b’xi logos ta’ rebħ etc.

c.      Karru jrid ikun b’saħħtu u jiflaħ għall-vjaġġi ukoll lejn il-postijiet tal-isfilata.  Fit-toroq il-karrijiet irridu jkunu rmunkati b’vettura adekwata u liċenzjati a propositu għall-istess.

d.      Sound irrid ikun moderat fl-ebda mument ma jkun jista’ jeċċedi l-qawwa ta’ 85dba. ( L-ispeakers m’għandhomx ikunu long throw)

e.      Mhux permessi muturi tal-petrol ġewwa l-karru

f.       Kwalunkwe movimenti fuq il-karrijiet jkun jitħaddem bl-idejn. Mhux permess li jkun hemm sistema ta’ hydrolic.

g.      Kull karru jrid ikun mgħammar b’dak kollu meħtieġ  in konessjoni mas-safety, inkluż ukoll first aid kits u fire estinguishers adekwati.

h.      Is-sussidju massimu ikun ta’ € 1,000 għall-parteċipazzjoni u dak kollu involut inkluż it-transport minn u lura għall-isfilati kollha. L-organizazzjoni tiddetermina l-ammont tas-sussidju wara li tikkonsidra kemm il-livell u x-xogħol preżentat,  l-annimazzjoni tul l-isfilata mal-karru; l-imġieba, u dak kollu koness mal-parteċipazzjoni tal-istess.

i.       Mhux aktar minn 7 karrijiet inkluż il-grupp allegrija (liebsa l-kostum) mal-karru rispettiv jistgħu jiġu magħżula biex jieħdu sehem fil-karnival t’Għawdex.  Il-karrijiet Għawdex jitilgħu minn Malta nhar il-Ħamis bil-lejl 30 ta’ Awwissu. Se jinżammu r-Rabat Għawdex biex il-Ġimgħa 31 ta’ Awissu jkun esebiti fl-area apposta li se jitħallew hemm tul il-filgħaxija kollu fejn se ssir attivita’ ta’ esebizzjoni tal-karrijiet fil-post apposta viċin l-iskola tar-Rabat Għawdex. Il-karrijiet jinżlu l-Imgarr għall-Karnival tal-1 ta’ Settembru s-Sibt wara nofsinhar. Wara l-parteċipazzjoni fil-Karnival t’Għawdex fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd ikun hemm it-tragitt lura Malta. Għal tali parteċipazzjoni jingħata sa € 1,000 f’sussidju. Minn naħa tal-organizazzjoni tieħu ħsieb l-ispiża tal-vjagg tal-karru fuq il-vapur.

 

FORMOLA ESPRESSJONI TA’ NTERESS PARTECIPAZZJONI –KARNIVAL TAS-SAJF 2018 – KARRU

 

Isem:      ___________________________________________

 

Kuljom:      ___________________________________________

 

ID Card:      ___________________________________________

 

Isem il-Kumpanija:      ___________________________________________


Indirizz Postali:      ___________________________________________

 

Telefone:      ___________________________________________

 

Email:      ___________________________________________

 

Tema tal-Karru:      ___________________________________________

(jrid jigi mehmuz sketch dettaljat u skalat tal-karru)

Mal-karru se jkun hemm grupp ta’ maskarati   ( immarka l-kaxxa relatata) □   Iva ;  □  Le

Indikazzjoni mill-applikant jekk jixtieq jiġi kkunsidrat biex jieħu sehem fil-kanrival t’Għawdex kif indikat hawn fuq

 

___________________________________________________________________________