

Il-Kunċert tal-Indipendenza
21 September 2021
Festivals Malta, permezz tal-Kummissjoni Festi Nazzjonali u b’kollaborazzjoni mal-Malta Philharmonic Orchestra, jippreżenta l-kunċert annwali li jikkommemora Jum L-Indipendenza.
Taħt id-direzzjoni tad-direttur Malti Roderick Bugeja, il-programm joħodna fuq vjaġġ mużikali tul is-snin, minn l-Overture drammatika ta’ Verdi La Forza del Destino sal-mużika kontemoranja tal-kompożituri lokali Alex Vella Gregory b’Riħ u Albert Garzia b’Xamm.
Il-vjolinist żagħżugħ Pierre Louis Attard huwa s-solista f’Ernest Bloch’s Nigun minn Baal Shem u fl-aħħar Tchaikovsky jagħlaq il-kunċert b’siltiet mill-ballett mill-isbaħ tiegħu Swan Lake
Programm
Giuseppe Verdi Overture minn La Forza del Destino
Alex Vella Gregory Movimenti minn Riħ
-
Żiffa ħelwa tar-rebbiegħa minn fuq il-baħar mat-tbexbix
-
Maltempata qalila tal-ħarifa
-
Żiffa ħelwa fuq il-Port il-Kbir mat-tbexbix
Albert Garzia Xamm
Ernest Bloch Nigun (Improvisation) No. 2 minn Baal Shem
Pyotr Ilyich Tchaikovsky Siltiet minn Swan Lake Suite, Op. 20
-
Scene
-
Valse
-
Dance of the Little Swans
-
Hungarian Dance: Czardas
-
Spanish Dance
-
Neapolitan Dance
-
Finale
Tuesday
21 September 2021
TVM2
20:00
By Invite
By Invite
Vjolin: Pierre Louis Attard
Direttur tal-Orkestra: Roderick Bugeja
Mużiċisti: Malta Philharmonic Orchestra
Il-Kunċert tal-Indipendenza qed isir bl-invit biss minħabba l-protokolli tas-saħħa preżenti. Dan ser jixxandar fuq TVM2 u fuq il-paġni soċjali tal-Malta Philharmonic Orchestra u Festivals Malta.
