FESTIVALS MALTA LAUNCHES THE 10th EDITION OF THE VALLETTA BAROQUE FESTIVAL

Updated: Nov 21, 2021

The festival is set to take place between the 14th and 29th January 2022.

Festivals Malta has launched the programme for the 10th edition of the Valletta Baroque Festival in January 2022. The prestigious festival will feature 36 diverse concerts celebrating music from the 17th and 18th century, spread over 18 venues, including the Manoel Theatre, Archaeology Museum, Verdala Palace, San Anton Palace and various churches and Cathedrals across Malta.


Minister José Herrera commented on the importance of the festival within the cultural sector, as it places Malta on the Baroque map on an international level. “The Valletta Baroque Festival is truly unique because through its prestige, it attracts a specific form of tourism characterised by tourists who are mainly interested in the festival but end up falling in love with the majesty of the locations and venues where the concerts are held. I am sure that this edition, which follows months of disruption caused by the pandemic, will provide a truly unique experience, an experience which will continue to reinforce the festival’s position as one of the top 10 Baroque festivals in Europe.”


The festival Artistic Director, Kenneth Zammit Tabona, said “Baroque music is part of our DNA – we are surrounded by baroque culture here in Malta. We are certainly excited for this year’s 10th edition, which will feature some of the best international artists and ensembles like Mahan Esfahani, Charlie Siem, Gabetta Consort with Franco Fagioli, Vasillis Varvaresos, Avi Avital, the Orchestra of the Age of Enlightenment and much more! We will also have various local artists including The Rock Troupers with a Baroque meets rock performance, The Malta Philharmonic Orchestra and The Monteverdi Project directed by Marco Mencoboni, as well as the Valletta Baroque Ensemble and KorMalta in Handel’s iconic Messiah conducted by Christian Curnyn.”


Festivals Malta CEO Annabelle Stivala remarked on what it means to the agency to be entrusted with such a festival, including all its ancillary events. “We are honoured to have been trusted with the Valletta Baroque Festival. Apart from this festival, we are also spearheading the ABOS Project – which aims to create awareness on Italo-Maltese composer Girolamo Abos’ music. We are also proud to announce the Valletta Baroque Opera Festival happening in 2022 November as part of our already diverse cultural offer, with its main feature being an 1747 opera called Pelopida by Girolamo Abos,” concluded Annabelle Stivala.

The Valletta Baroque Festival is produced by Festivals Malta in collaboration with Teatru Manoel and Visit Malta, and will take place between the 14th and 29th January 2022.


For tickets and more information visit the Valletta Baroque Festival www.vallettabaroquefestival.mt


Photos by Darren Agius


 

FESTIVALS MALTA JNIEDI l-10 EDIZZJONI TAL-VALLETTA BAROQUE FESTIVAL

Il-festival ser isir bejn l-14 u d-29 ta’ Jannar 2022.

Festivals Malta nieda l-programm tal-10 edizzjoni tal-Valletta Baroque Festival, li ser isir f’Jannar tal-2022. Dan il-festival prestiġjuż ser joffri 36 kunċert differenti li jiċċelebra l-mużika tas-sekli 17 u 18, li ser isiru f’diversi positijiet differenti bħat-Teatru Manoel, il-Palazz tal-Verdala u dak ta’ San Anton, kif ukoll f’diversi knejjes u Katidrali madwar Malta.


Il-Ministru José Herrera ikkumenta fuq l-importanza ta’ festival bħal dan għas-settur kulturali, u kif ipoġġi lill-pajjiżna fuq il-mappa tal-mużika Barokka internazzjonalment fuq livell internazzjonali. “Il-Valletta Baroque Festival huwa tassew uniku għax bil-prestiġju tiegħu jattira settur turistiku partikolari fejn in-nies jivjaġġaw minn festival għall-ieħor u minkejja li jkunu żaru l-pajjiż għall-festival, jispiċċaw jissaħħru bis-sbuħija tal-istess pajjiż. Jiena ċert li wara xhur ta’ tfixkil ikkawżat mill-pandemija, din l-edizzjoni, se tipprovdi esperjenza tassew unika, esperjenza li se tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-festival bħala wieħed mill-aqwa għaxar festivals tal-Barokk fl-Ewropa.”


Id-Direttur Artistiku tal-festival, Kenneth Zammit Tabona, qal “Il-mużika tal-Barokk hija parti mid-DNA tagħna – il-kultura Maltija hija mżewqa b’elementi Barokki. Aħna eċitati ferm għall-edizzjoni ta’ din is-sena, edizzjoni li ser tospita fost l-aqwa artisti u ensembles bħal Mahan Esfahani, Charlie Siem, Gabetta Consort flimkien ma’ Franco Fagioli, Vasillis Varvaresos, Avi Avital, L-Orchestra of the Age of Enlightenment u ħafna aktar! Ser ikollna wkoll diversi artisti lokali bħal The Rock Troupers b’prestazzjoni li tgħaqqad il-Barokk u l-mużika rock, il-Malta Philharmonic Orchestra u The Monteverdi Project taħt id-direzzjoni ta’ Marco Mencoboni, kif ukoll il-Valletta Baroque Ensemble flimkien ma’ KorMalta li ser jippreżentaw il-Messiah ta’ Handel b’direzzjoni ta’ Christian Curnyn.”


Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala ikkummentat fuq xi jfisser għall-aġenzija li ġiet fdata bl-organizzazzjoni ta’ dan il-festival, inkluż l-proġetti anċillari tiegħu. “Aħna onorati li ġejna fdati bil-Valletta Baroque Festival. Apparti dan il-festival, bħalissa qed nieħdu ħsieb ukoll l-ABOS Project – proġett ta’ riċerka bl-għan li jqajjem kuxjenza dwar il-mużika tal-kompożitur Malti, Girolamo Abos. Kburin ukoll inħabbru li s-sena d-dieħla ser inkunu qed norganizzaw l-Valletta Baroque Opera Festival li ser jiżdied fil-kalendarju kulturali tagħna għas-sena d-dieħla, b’waħda mill-prestazzjonijiet ewlenin tal-Opera Festival ser tkun opera tal-1747 bl-isem ta’ Pelopida ta’ Girolamo Abos.” ikkonkludiet Annabelle Stivala.


Il-Valletta Baroque Festival huwa produzzjoni ta’ Festivals Malta b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Manoel u Visit Malta, u ser isir bejn l-14 u d-29 ta’ Jannar 2022. Għal aktar informazzjoni u għall-biljetti żur is-sit elettroniku tal-Valletta Baroque Festival www.vallettabaroquefestival.mt.



322 views

Recent Posts

See All