Il-Vjaġġ Tiegħek Jibda Hawn! Applikajt?

Agħti spinta lill-karriera mużikali tiegħek - L-applikazzjonijiet għall-programm televiżiv jagħlqu għada!

Fadal inqas minn 48 siegħa biex jagħlqu l-applikazzjonijiet għall-programm televiżiv ġdid tagħna Mużika Mużika: Il-Vjaġġ Ikompli, u magħhom tibda l-avventura ta' sitt aristi ġodda li ser jingħataw iċ-ċans jibnu l-futur tagħhom fl-industrija tal-mużika.

Għalfejn dan il-programm għandu jinteressak? U x'ser joffri differenti lil kantanti prospettivi?


Mużika Mużika: Il-Vjaġġ Ikompli huwa programm televiżiv ġdid li ser jixxandar f'Ottubru li ġej fuq TVM. Dan il-programm ser iservi bħala pjattaforma fejn kantanti ġodda fix-xena mużikali jkunu jistgħu jitgħallmu minn diversi esperti fl-industrija xi jfisser li wieħed ikollu karriera professjonali fil-mużika. Sitt kantanti ser ikollom iċ-ċans jiltaqgħu ma' koreografi u esperti tal-vuċi, jitgħallmu kif jaħdmu fuq aspetti differenti tal-prestazzjoni tagħhom u jibnu kuntatti ma' esperti fl-industrija, fost ħafna aktar esperjenzi.


"L-għan ta' dan il-programm huwa li mhux biss noffru opportunitajiet ġodda lill-artisti tagħna, iżda biex ukoll inkomplu ninvestu fit-talent taż-żgħażagħ tagħna li huma l-futur tal-industrija tad-divertiment.", spjegat il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, Annabelle Stivala.


Il-programm jilħaq il-qofol tiegħu f'serata finali, fejn il-kantanti prospettivi ser jikkompetu ras imb'ras biex juru dak kollu li tgħallmu tul l-iskeda. Il-kantant li jagħti l-aħjar prestazzjoni skond il-ġurija ser jirbaħ id-dritt li jingħaqad mas-semifinalisti ta' Mużika Mużika! B'hekk ir-rebbieħ mhux biss ser ikollu ċ-ċans jikkompeti f'dan il-festival tant prestiġjuż qalb bosta artisti oħra, imma ser ikun jista' jesponi t-talenti tiegħu quddiem eluf ta' telespettaturi.

Ritratt ta' Elisa von Brockdorff

Jekk għandek għal qalbek il-mużika Maltija u tixtieq li tibni karriera fl-industrija, mela żgur m'għandekx titlef dan iċ-ċans uniku. Biex tapplika, importanti li jkollok nazzjonalita`jew ċittadinanza Maltija, eta`bejn is-16 u l-21 sena u ma' tkunx ipparteċipajt f'Mużika Mużika, L-X Factor Live Shows u l-Malta Eurovision Song Contest. Tħallix din l-opportunita` taħrablek! L-applikazzjonijiet jagħlqu għada fl-4PM.




60 views